Il-Prim Ministru Robert Abela ffirma l-Ftehim tal-Kunsill tal-Ewropa li jistabbilixxi r-Reġistru Internazzjonali tad-Danni

16/05/2023

F’summit tal-Kunsill tal-Ewropa f’Reykjavik, l-Iżlanda, il-Prim Ministru Robert Abela ffirma l-Ftehim tal-Kunsill tal-Ewropa li jistabbilixxi r-Reġistru Internazzjonali tad-Danni, ikkawżati mill-aggressjoni fl-Ukrajna. Dan ir-reġistru se jservi bħala dokumentazzjoni ta’ evidenza li jkun jista’ jintuża fil-futur biex tiġi żgurata r-responsabbiltà finanzjarja ta’ min qed iwettaq l-aggressjoni fl-Ukrajna.

Dan il-ftehim isegwi r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda kif ukoll tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, li rrikonoxxew il-ħtieġa li jiġi stabbilit mekkaniżmu internazzjonali għar-riparazzjoni ta’ danni minn atti internazzjonali illegali matul il-gwerra fl-Ukrajna.

FacebookTwitter
Skip to content