Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Integrazzjoni Reġjonali tal-Ghana Shirley Ayorkor Botchwey

15/07/2024

Fil-Berġa ta’ Kastilja, il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Integrazzjoni Reġjonali tal-Ghana, Shirley Ayorkor Botchwey.

B’Malta u l-Ghana msieħba fil-Commonwealth, il-Prim Ministru Malti tkellem dwar kif il-Commonwealth trid tkompli tiffaċilita inizjattivi li joħolqu l-ġid fost il-popli ta’ pajjiżi differenti f’din l-għaqda, mhux b’inqas permezz ta’ inizjattivi immirati għal stati żgħar, fosthom anki dwar il-bidla fil-klima.

Iż-żewġ naħat irrimarkaw għaċ-Ċentru ta’ Eċċellenza għal Stati Żgħar fi ħdan il-Commonwealth. Ċentru li twaqqaf wara l-aħħar Summit taċ-CHOGM li kien sar f’pajjiżna u li jista’ jkompli jiffaċilita prattiċi tajbin fosthom b’inizjattiva internazzjonali oħra minn Malta, li tinvolvi indiċi ta’ reżiljenza u vulnerabbiltà għal bidla fil-klima. Dan l-indiċi kapaċi jitfa’ dawl u jgħin pajjiżi jieħdu miżuri importanti biex jilqgħu għat-tibdil fil-klima.

Fil-laqgħa f’Kastilja ż-żewġ naħat tkellmu wkoll fuq ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika. Issemmiet il-kwistjoni tal-immigrazzjoni, bil-ħtieġa li din il-kwistjoni tibqa’ tiġi indirizzata b’mod komprensiv mill-għeruq tagħha.

FacebookTwitter
Skip to content