Il-Prim Ministru Robert Abela jilqa’ l-atleti li rrappreżentaw lil Malta fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li saru f’Andorra

06/06/2025

Il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ fil-Berġa ta’ Kastilja l-atleti li rrappreżentaw lil Malta fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li saru f’Andorra l-ġimgħa l-oħra. Akkumpanjat mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, il-Prim Ministru feraħ lill-atleti, l-istaff tekniku u l-Kumitat Olimpiku Malti għall-aqwa riżultat fl-istorja miksub minn Malta f’dawn il-logħob meta pajjiżna kkompeta barra pajjiżu.

Il-kontinġent Malti kiseb xejn anqas minn 56 midalja, 13 minnhom tad-deheb. Il-Prim Ministru Robert Abela fisser dan is-suċċess bħala impenn massimu tal-atleti, l-kowċis u l-amministraturi lokali. L-atletli u t-timijiet tekniċi sportivi warajhom fl-aħħar snin gawdew minn fondi sostanzjali, partikolarment mill-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali.

FacebookTwitter