19/01/2026
Fil-Berġa ta’ Kastilja, il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ lil Aidan Cassar, ir-rappreżentant ta’ Malta għall-Eurovision Song Contest li se jsir f’Mejju ġej, f’Vjenna, l-Awstrija.
Il-Prim Ministru Robert Abela feraħ lil Aidan Cassar għall-prestazzjoni tiegħu u awguralu kull suċċess kemm għall-Eurovision Song Contest kif ukoll għall-futur.
Dr Abela rrimarka fuq il-livell dejjem jogħla ta’ talent Malti u sostna li l-Gvern jibqa’ kommess li jkompli jinvesti fit-talent artistiku lokali u li jkompli jappoġġja festivals li joffru lill-artisti Maltin pjattaforma anki internazzjonali sabiex juru t-talent tagħhom.
Flimkien ma’ Aidan Cassar kien hemm iċ-Chairperson u l-Kap Eżekuttiv tal-Public Broadcasting Services Anna Bonett u Keith Chetcuti rispettivament.



