Il-Prim Ministru Robert Abela b’laqgħa mal-President Ukren Volodymyr Zelenskyy, fil-marġni ta’ Kunsill Ewropew Straordinarju fi Brussell

09/02/2023

Il-Prim Ministru Robert Abela b’laqgħa mal-President Ukren Volodymyr Zelenskyy, fil-marġni ta’ Kunsill Ewropew Straordinarju fi Brussell. Fil-laqgħa kompla jiġi mtenni l-appoġġ lejn l-Ukrajna, b’Malta tkompli tagħti l-għajnuna umanitarja u twassal messaġġ kontra l-gwerra fuq l-Ukrajna fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

Fil-laqgħa pparteċipaw ukoll il-Prim Ministru tal-Belġju Alexander De Croo, il-Prim Ministru tal-Irlanda Leo Varadkar, il-Prim Ministru tal-Lussemburgu Xavier Bettel, il-Prim Ministru tal-Portugall António Costa u l-President tal-Litwanja Gitanas Nausėda.

FacebookTwitter
Skip to content