STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

PR221198

18/09/2022

Il-Prim Ministru Robert Abela fi New York għas-77 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda

Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab fi New York, fl-Istati Uniti, fejn se jkun qed jipparteċipa fis-77 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda.

Bit-tema “A watershed moment: transformative solutions to interlocking challenges”, l-Assemblea Ġenerali se tiffoka l-aktar fuq ir-realtajiet li ġabu magħhom il-kunflitt fl-Ukrajna, il-pandemija, u t-tibdil fil-klima. L-isfidi umanitarji, l-edukazzjoni, id-drittijiet tal-minoritajiet, u l-ekonomija globali f’dawn iċ-ċirkostanzi huma wkoll temi li se jkunu diskussi.

Fi New York, il-prim ministru se jkollu wkoll sensiela ta’ laqgħat bilaterali.​

FacebookTwitter
Skip to content