STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

PR221660

01/12/2022

Faċilità ġdida ta’ distribuzzjoni għal-Lidl f’Burmarrad b’investiment ta’ €3 miljun

Il-Prim Ministru Robert Abela inawgura faċilità ġdida ta’ distribuzzjoni mill-kumpanija Lidl f’Burmarrad. B’investiment ta’ €3 miljun, dan iċ-ċentru loġistiku se jkun qed jissuplixxi l-istabbilimenti kollha tal-Lidl mifruxa madwar Malta kollha. Il-faċilità ġdida tifforma parti minn Vassallo Business Park, kumpless li kien żviluppat dan l-aħħar. ​

“L-investiment ta’ Lidl f’Malta u s-suċċess lokali tal-kumpanija, li tassew iffjorixxiet madwar il-pajjiż kollu, huma kemm xhieda tal-kisbiet tal-kumpanija u, b’mod parallel, konferma tal-fiduċja f’Malta u fl-ekonomija tagħha”, qal il-Prim Ministru. “Dan iċ-ċentru loġistiku ġdid li għadni kemm żort juri kemm l-investituri qed ifittxu li jkomplu jkabbru fil-kwalità bil-għan li l-investiment fil-proġett mhux biss joffri servizz imtejjeb lill-klijenti, iżda wkoll biex itejjeb l-ambjent tax-xogħol għall-benefiċċju tal-impjegati tal-Lidl”, irrimarka Dr Abela.

Il-prim ministru nnota wkoll l-aħħar figuri u statistika uffiċjali maħruġa mill-Eurostat li turi li ż-żieda fil-bejgħ fil-ħwienet lokali matul ix-xahar ta’ Settembru f’pajjiżna, kienet it-tielet l-ogħla fl-Ewropa kollha. “Il-bejgħ fil-ħwienet f’pajjiżna żdied b’7.4% meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel. Min-naħa l-oħra, il-bejgħ madwar l-Unjoni Ewropea naqas b’0.3% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra. Statistika oħra tikkonferma li fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, ġie rreġistrat rekord totali ta’ €7.7 biljun f’konsum privat, filwaqt li qabel il-pandemija, iċ-ċifri reġistrati kienu ta’ €6.5 biljun. Skont il-Kummissjoni Ewropea, it-tkabbir tal-konsum privat f’Malta din is-sena mistenni jkun id-doppju tal-medja tal-Unjoni Ewropea” spjega l-Prim Ministru Robert Abela.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv ta’ Lidl Malta Massimiliano Silvestri qal li l-preżenza tal-prim ministru għall-inawgurazzjoni tikkonferma l-fiduċja li għandu l-gvern f’Lidl Malta; kumpanija li llum hija kontributur ewlieni tal-ekonomija u relevanti għall-pajjiż kollu. Gianluca Celentano, id-Direttur ta’ Lidl Malta, spjega li ċ-ċentru l-ġdid ta’ loġistika se jkun qed jaħdem fil-jiem li ġejjin u se jgħin biex ikompli jiġi żviluppat il-potenzjal tal-katina ta’ stabbilimenti preżenti filwaqt li jitjieb is-servizz u l-esperjenza tal-klijent. “Din l-istruttura moderna u innovattiva se twassalna wkoll biex inkomplu nsaħħu l-iżvilupp fi stabbilimenti oħra li se nkunu qegħdin niftħu madwar Malta,” qal is-Sur Celentano.

FacebookTwitter

Lorem Ipsum

Role

consectetuer adipiscing elit, sed diam nonummy nibh euismod tincidunt ut laoreet dolore magna aliquam erat volutpat. Ut wisi enim ad minim veniam. consectetuer adipiscing elit, sed diam nonummy nibh euismod tincidunt ut laoreet dolore magna aliquam erat volutpat. Ut wisi enim ad minim veniam.consectetuer adipiscing elit, sed diam nonummy nibh euismod tincidunt ut laoreet dolore magna aliquam erat volutpat.

Lorem Ipsum

Role

Skip to content