PR230438
23/03/2023
Il-Gvern jirreferi għall-istqarrija ta’ Steward Malta ppubblikata llum, it-23 ta’ Marzu.
Għal darb’oħra l-Gvern qed iżomm ferm mal-pożizzjoni kkomunikata fl-istqarrija PR230421 u se jibqa’ jżomm pożizzjoni legali soda favur l-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin.
L-istqarrija ta’ Steward Malta hija barra minn lokha kif il-Gvern diġà spjega għal iktar minn darba.
Għal darb’oħra l-Gvern qed jerġa’ jassigura s-servizz lill-pazjenti kollha u l-impjieg tal-ħaddiema kollha fl-isptarijiet.