Se ninċentivaw il-bidliet li għandu bżonn Għawdex

PR231203

02/08/2023

Il-gvern qed iħares lejn iktar inċentivi biex jiddirezzjona l-investiment u l-għażliet f’Għawdex lejn il-ħarsien tal-qalba tal-irħula u l-ambjent naturali, fost oħrajn. Dan biex, fost oħrajn, jibni fuq inizjattivi eżistenti bħall-iskemi b’saħħithom għax-xiri ta’ proprjetajiet f’żona ta’ konservazzjoni urbana. ​​​

Tkellem dwar dan il-Prim Ministru Robert Abela meta ltaqa’ ma’ seba’ organizzazzjonijiet Għawdxin, biex magħhom jiddiskuti proposti li qed jagħmlu ‘Għal Għawdex’.

Filwaqt li sema’, il-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar is-suċċess ta’ Għawdex fl-aħħar snin u kif ir-realtà llum inbidlet, fejn Għawdex huwa mutur u mhux mażżra. Fl-istess ħin, wieħed irid jieħu ħsieb il-ħarsien ta’ dak li jagħmel Għawdex uniku.

Hawn spjega li meta l-gvern għażel li għal Għawdex jagħmel skemi iktar ġenerużi, għal dawk li jridu jirriabilitaw u jirrestawraw djar f’Għawdex, kien qed jibgħat sinjal ċar.

“Issa fuq dak is-sinjal irridu nibnu l-inizjattivi l-ġodda, liema inizjattivi jkunu jixhdu kif ilkoll flimkien irridu nieħdu ħsieb lil Għawdex. Il-budget li ġej irid jagħti sinjal dwar dan ukoll,” qal il-prim ministru, li rrefera wkoll għall-proġett kbir ta’ spazju miftuħ li jrid isir fil-qalba tar-Rabat. “Inħeġġiġkom tieħdu sehem fil-konsultazzjoni pubblika li għaddejja dwar dan il-proġett ukoll, għaliex dan irid ikun wieħed mill-proġetti ewlenin li jġibu bidla kbira f’Għawdex.”

Dan il-proġett iħares lejn ir-riġenerazzjoni ta’ żona sħiħa mifruxa fuq medda ta’ aktar minn 22,000 metru kwadru. Ċentrali għal din il-viżjoni hu l-fatt li ż-żona li llum hi okkupata minn parkeġġ, tiġi trasformata fi spazju miftuħ u aċċessibbli għal kulħadd.

Il-Prim Ministru Robert Abela nnota wkoll id-deċiżjoni li Ħondoq ir-Rummien għandu jibqa’ mhux mittiefes u spjega li l-gvern, b’mod konsistenti, bagħat messaġġ kontra l-iżvilupp fuq l-art tal-Ħondoq.

Fil-laqgħa kienu preżenti l-Kunsill Reġjonali Għawdex, Din l-Art Ħelwa Għawdex, Għawdix, Wirt Għawdex, Gozo Business Chamber, Gozo Tourism Association u l-Gozo University Group.

FacebookTwitter

Lorem Ipsum

Role

consectetuer adipiscing elit, sed diam nonummy nibh euismod tincidunt ut laoreet dolore magna aliquam erat volutpat. Ut wisi enim ad minim veniam. consectetuer adipiscing elit, sed diam nonummy nibh euismod tincidunt ut laoreet dolore magna aliquam erat volutpat. Ut wisi enim ad minim veniam.consectetuer adipiscing elit, sed diam nonummy nibh euismod tincidunt ut laoreet dolore magna aliquam erat volutpat.

Lorem Ipsum

Role

Skip to content