Waqt żjara f’kumpanija tal-AI, il-Prim Ministru tenna li l-pajjiż se jibqa’ jattira kumpaniji li jġibu xogħol ta’ kwalità

PR231381

18/09/2023

Il-Prim Ministru Robert Abela żar kumpanija internazzjonali li tispeċjalizza fuq soluzzjonijiet li jużaw l-intelliġenza artifiċjali, SmartCow. Din il-kumpanija għandha l-bażi tagħha f’diversi bliet madwar id-dinja fosthom f’pajjiżna, f’Pariġi, Milan, Singapore, u dalwaqt bażi oħra f’Dubai.

Waqt iż-żjara, il-Prim Ministru tenna li l-ħolqien tax-xogħol huwa l-bażi tal-ħolqien tal-ġid. Iżda rridu niżguraw li x-xogħol li nattiraw ikun ta’ kwalità, li jiżgura li tgħix ħajja aħjar. Pajjiżna se jibqa’ miftuħ għan-negozju u se nkomplu nattiraw kumpaniji li jġibu f’Malta karrieri ta’ kwalità. Il-Prim Ministru Robert Abela nnota wkoll kif kumpaniji bħal SmartCow huma dawk li qegħdin jippreparaw lil pajjiżna għall-futur. Qegħdin ninvestu kmieni fil-kapital uman, biex f’Malta naraw setturi bħal dawn jikbru u jagħmluna aktar kompetittivi u aktar attraenti minn pajjiżi oħra.

B’din il-kumpanija tirrifletti preċiżament it-tranżizzjoni ekonomika li qed iħaddem il-Gvern, fil-fatt 90% tal-ħaddiema li tħaddem huma inġiniera.

Il-Prim Ministru rrimarka mill-ġdid l-importanza tas-settur tal-intelliġenza artifiċjali u l-opportunitajiet ta’ xogħol ta’ kwalità li jeżistu f’dan il-qasam.

Il-Prim Ministru kkonkluda li rridu nħeġġu aktar Maltin jagħżlu dawn il-karrieri, u l-Gvern se jibqa’ jinċentiva dan, anke b’tisħiħ tal-istipendju f’dawk l-aktar oqsma bżonjużi għas-soċjetà.

SmartCow, minbarra riċerka u analiżi fuq teknoloġija AI, ibiddlu software li juża AI f’hardware li wara jista’ jintuża f’diversi prodotti bħal kameras ta’ sigurtà. SmartCow se tkun ukoll waħda mill-esebituri waqt it-TechXpo li se tkun qed tittella’ bejn id-19 u l-21 ta’ Settembru fl-MFCC f’Ta’ Qali. Dan l-avveniment għandu l-għan li jservi bħala pjattaforma fejn wieħed jesplora l-oqsma dinamiċi tal-intelliġenza artifiċjali (AI), teknoloġiji emerġenti, networking għan-negozju, u opportunitajiet ta’ karriera. Avveniment indirizzat għall-entużjasti tat-teknoloġija iżda wkoll spazju sabiex l-industrija Maltija tesebixxi l-investiment li qed isir fit-teknoloġija, bil-għan li tattira iżjed kompetittività, tkabbir ekonomiku ta’ kwalità u reżiljenza fis-settur.

Preżenti għaż-żjara kien hemm ukoll il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri u l-Kap Eżekuttiv tal-MDIA Kenneth Brincat.

FacebookTwitter

Lorem Ipsum

Role

consectetuer adipiscing elit, sed diam nonummy nibh euismod tincidunt ut laoreet dolore magna aliquam erat volutpat. Ut wisi enim ad minim veniam. consectetuer adipiscing elit, sed diam nonummy nibh euismod tincidunt ut laoreet dolore magna aliquam erat volutpat. Ut wisi enim ad minim veniam.consectetuer adipiscing elit, sed diam nonummy nibh euismod tincidunt ut laoreet dolore magna aliquam erat volutpat.

Lorem Ipsum

Role

Skip to content