PR250451
19/03/2025
Kif tħabbar aktar kmieni llum mill-Prim Ministru Robert Abela f’isem il-Gvern ta’ Malta, l-Istat u l-Knisja se jkunu qed jorganizzaw flimkien tislima xierqa lill-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. Dan se jsir b’rikonoxximent għas-servizz ġeneruż li ta lis-soċjetà Maltija.
Il-funeral mill-Istat u l-Knisja se jkun qed isir nhar is-Sibt 22 ta’ Marzu fid-9:30am b’quddiesa praesente cadavere fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-quddiesa se tkun iċċelebrata mill-Monsinjur Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta.
Id-dettalji tal-programm marbut mal-funeral u t-tislima lill-Mons. Cremona O.P. qed jiġu ppubblikati.