PR251330
24/07/2025
Il-Gvern ta’ Malta jesprimi s-sogħba għall-mewt tar-raġel tal-President ta’ Malta, in-Nutar Anthony Spiteri Debono.
Il-Prim Ministru Robert Abela fisser lil Dr Spiteri Debono bħala bniedem ġentlom u li fih kienet tispikka l-umiltà.
F’isem il-Gvern, Dr Abela ta l-kondoljanzi lill-għeżeż ta’ Dr Spiteri Debono u lill-President ta’ Malta l-E.T. Myriam Spiteri Debono, f’dan il-mument diffiċli.



