Month: January 2024
PR240015
F’laqgħa mad-disa’ membri żgħażagħ tal-Youth Advisory Forum, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-kontribut tagħhom f’din il-pjattaforma jista’ jwassal għal riżultati aħjar għal pajjiżna. Il-Prim Ministru qal dan f’kummenti introduttorji matul laqgħa tal-Youth Advisory Forum li l-membri tiegħu ntgħażlu wara sejħa pubblika. Tmien membri ntgħażlu wara proċess ta’ għażla filwaqt li r-rappreżentanta tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ ġiet nomintata mill-Kunsill stess. B’hekk id-disa’ membri ta’ dan l-ewwel Youth Advisory Forum se jkunu qed iservu għal total ta’ tmintax-il xahar bil-għan li jagħtu l-ideat tagħhom dwar temi ta’ importanza nazzjonali u mhux biss dak li jolqot liż-żgħażagħ.
Il-Prim Ministru qal li pajjiżna huwa l-post li fih jistgħu jintlaħqu l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin. Saħaq li din il-pjattaforma ġdida hija propju l-għodda li se tkun qed tara li dan verament jitwettaq. “L-aspirazzjonijiet huma komuni. Iż-żgħażagħ iridu li jkollna mpjiegi tajbin, li ngħixu f’pajjiż sabiħ, f’pajjiż nadif. Li jkollhom ħin ta’ kwalità mal-familja. Pajjiż sigur u trankwill. U ambjent sabiħ”, qal Dr Abela. Qal ukoll li ż-żgħażagħ jridu pajjiż fil-paċi mal-pajjiżi ġirien tiegħu u fir-reġjun ta’ madwarna u madwar il-kumplament tad-dinja.
Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar ħidmet il-Gvern f’din is-sena l-ġdida u ta elenku ta’ proġetti u inizjattivi li tlestew u li diġà qed igawdi minnhom il-poplu. Hawnhekk irrefera għall-investiment fl-Iskola Primarja tan-Nadur, is-sejħa li ħarġet għal xogħol ta’ mmodernizzar fuq is-sub-station tal-elettriku ħdejn l-Isptar Mater Dei u sub-stations oħra għat-tisħiħ tad-distribuzzjoni tad-dawl. Semma’ kif bdew jitqassmu ż-żidiet fil-pensjonijiet u ż-żieda fil-Carers’ Grant għal dawk l-anzjani li jkollhom carer magħhom id-dar.
Fil-qasam ambjentali, il-Prim Ministru rrefera għall-aqwa riżultati li qatt akkwistat il-Wasteserv fir-riċiklaġġ, fejn il-pajjiż kellu tnaqqis sostanzjali fl-iskart mhux isseparat fil-borża s-sewda u żieda fenomenali fl-iskart organiku sseparat. Dan filwaqt li f’dik li hija immigrazzjoni rregolari, fl-2023 Malta rrilokat u rritornat immigranti rregolari aktar minn kemm kien hemm wasliet matul is-sena li għaddiet.
Il-laqgħa kompliet b’diskussjoni mal-membri tal-Forum dwar temi li ressqu ’l quddiem huma nfushom. Il-kompożizzjoni tal-Youth Advisory Forum tinsab fis-sit elettroniku primministru.gov.mt
PR240009
Meta laqa’ fil-Berġa ta’ Kastilja lill-eks Prim Ministru Taljan u l-persuna inkarigata mill-Presidenzi Żvediża, Belġjana u Spanjola tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea biex tħejji rapport dwar il-futur tas-Suq Waħdieni fl-Unjoni Ewropea f’għeluq it-tletin sena mit-twaqqif tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea għandhom igawdu b’mod sħiħ mill-benefiċċji tas-Suq Waħdieni mingħajr ma jinħolqu distinzjonijiet u żvantaġġi.
Primarjament semma l-importanza tal-konnettività għal pajjiż fil-periferija bħal Malta, filwaqt li aċċenna dwar il-bżonn ta’ kundizzjonijiet li jiggarantixxu ekwità fis-Suq Waħdieni fosthom għal aċċess mingħajr xkiel għal mediċini. Dr Abela qal li fil-qasam tal-farmaċewtika għandhom jiġu indirizzati kwistjonijiet regolatorji biex jiġi assigurat aċċess ġust għall-mediċini għal kulħadd. Il-Prim Ministru Abela rrimarka fuq il-ħtieġa ta’ li nħarsu l-kompetittività ta’ intrapriżi żgħar u medji, li huma s-sinsla tal-ekonomiji tagħna, biex ikomplu jimirħu u jimxu ’l quddiem fis-Suq Waħdieni u jimbuttaw tkabbir ekonomiku u l-innovazzjoni.
Il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ x-xogħol li qed jagħmel Letta billi mistenni jħejji rapport komprensiv frott diskussjonijiet mhux biss mal-istituzzjonijiet Ewropej iżda anki b’taħdidiet mal-Gvernijiet rispettivi tal-Istati Membri. F’dan ir-rigward il-Prim Ministru Abela tenna l-ħtieġa ta’ leġislazzjoni aħjar li tqis l-impatt fuq kull Stat Membru u li fl-analiżi tal-impatt tikkunsidra il-ħtiġijiet ta’ kulħadd. Hawn semma bħala eżempji leġislazzjonijiet ambjentali riċenti bħad-Direttiva Ewropea FIT for 55 u l-Pakkett ta’ Mobbiltà, b’parti minn dan tal-aħħar reċentement dikjarat f’opinjoni tal-Avukat Ġenerali quddiem il-Qrati tal-Unjoni Ewropew bħala żball li għandu jiġi null. Għalhekk il-Prim Ministru qal li hemm ħtieġa ta’ proċess leġislattiv aħjar li jqis każijiet partikolari ta’ Stati Membri bħal Malta.
Fil-laqgħa ma’ Letta, Dr Abela qal li l-flessibbiltà f’għajnuna mill-Istat f’setturi kritiċi bħat-trasport, il-konnettività diġitali u l-enerġija fost oħrajn tibqa’ importanti flimkien mar-rispett lejn il-kompetenza nazzjonali fil-politika tat-tassazzjoni. Il-Prim Ministru nnota wkoll l-importanza ta’ rispett lejn il-prinċipju Ewropew ta’ suq ħieles tas-servizzi, biex b’hekk l-Unjoni Ewropea tkun kompetittiva f’oqsma oħra bħall-gaming.
Il-Prim Ministru Robert Abela temm jirrimarka li ħidmet Letta fit-tħejjija ta’ rapport dwar il-futur tas-Suq Waħdieni hi kruċjali għall-viżjoni strateġika u ekonomika tal-Unjoni Ewropea għall-ġenerazzjonijiet tal-lum u ta’ għada.
PR240007
Il-Prim Ministru Robert Abela għamel numru ta’ ħatriet ġodda fil-Kabinett tal-Ministri.
Chris Fearne se jkun in-nominat ta’ Malta għall-kariga ta’ Kummissarju Ewropew aktar tard din is-sena wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
Fix-xhur li ġejjin se jibqa’ jservi fil-Gvern, kemm fl-irwol ta’ Deputat Prim Ministru u kif ukoll bħala Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.
Andy Ellul se jkun Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali fl-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru.
Jo Etienne Abela se jkun Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva. Malcolm Paul Agius Galea se jkun Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva.
Jonathan Attard se jkun Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma fis-Settur tal-Kostruzzjoni.
Chris Bonett se jkun Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi. Omar Farrugia se jkun Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi.
Clint Camilleri se jkun Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar.
Miriam Dalli se tkun Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir.
Silvio Schembri se jkun Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi.
Clayton Bartolo se jkun Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika. Glenn Bedingfield se jkun Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika.
Stefan Zrinzo Azzopardi se jkun Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali.
Il-Kabinett tal-Ministri huwa ffurmat kif ġej.
MINISTRI/MINISTERS
L-Onor Chris Fearne – Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur
Deputy Prime Minister and Minister for European Funds, Social Dialogue and Consumer Protection
L-Onor Owen Bonnici – Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali
Minister for the National Heritage, the Arts and Local Government
L-Onor Ian Borg – Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ
Minister for Foreign and European Affairs and Trade
L-Onor Michael Falzon – Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal
Minister for Social Policy and Children’s Rights
L-Onor Anton Refalo – Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali
Minister for Agriculture, Fisheries and Animal Rights
L-Onor Roderick Galdes – Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli
Minister for Social and Affordable Accomodation
L-Onor Silvio Schembri – Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi
Minister for the Economy, Enterprise and Strategic Projects
L-Onor Julia Farrugia Portelli – Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat
Minister for Inclusion and the Voluntary Sector
L-Onor Clint Camilleri – Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar
Minister for Gozo and Planning
L-Onor Byron Camilleri – Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza
Minister for Home Affairs, Security, Reforms and Equality
L-Onor Clayton Bartolo – Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika
Minister for Tourism and Public Cleanliness
L-Onor Miriam Dalli – Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir
Minister for the Environment, Energy and Regeneration of the Grand Harbour
L-Onor Clyde Caruana – Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol
Minister for Finance and Employment
L-Onor Clifton Grima – Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni
Minister for Education, Sport, Youth, Research and Innovation
L-Onor Stefan Zrinzo Azzopardi – Ministru għall-Artijiet u għall-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali
Minister for Lands and the Implementation of the Electoral Programme
L-Onor Jonathan Attard – Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni
Minister for Justice and Reform of the Construction Sector
L-Onor Jo Etienne Abela – Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva
Minister for Health and Active Ageing
L-Onor Chris Bonett – Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi
Minister for Transport, Infrastructure and Public Works
SEGRETARJI PARLAMENTARI/PARLIAMENTARY SECRETARIES
L-Onor Andy Ellul – Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali fl-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru
Parliamentary Secretary for Social Dialogue within the Office of the Deputy Prime Minister
L-Onor Alison Zerafa Civelli – Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali fil-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali
Parliamentary Secretary for Local Government within the Ministry for National Heritage, the Arts and Local Government
L-Onor Keith Azzopardi Tanti – Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni
Parliamentary Secretary for Youth, Research and Innovation within the Ministry for Education, Sport, Youth, Research and Innovation
L-Onor Rebecca Buttigieg – Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza
Parliamentary Secretary for Reforms and Equality in the Ministry for Home Affairs, Security, Reforms and Equality
L-Onor Alicia Bugeja Said – Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali fil-Ministeru għall-Agrikultura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali
Parliamentary Secretary for Fisheries, Aquaculture and Animal Rights within the Ministry for Agriculture, Fisheries and Animal Rights
L-Onor Malcolm Paul Agius Galea – Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva
Parliamentary Secretary for Active Ageing
L-Onor Omar Farrugia – Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi
Parliamentary Secretary for Public Works
L-Onor Glenn Bedingfield – Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika
Parliamentary Secretary for Public Cleanliness
Recent Comments