Month: November 2025

PR252095

Il-Prim Ministru jżur l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u jara servizzi ġodda li se jiġu offruti.

Il-Prim Ministru Robert Abela, akkumpanjat mill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri u l-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela, żar l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn bħalissa għaddej programm estensiv ta’ investiment li qed jittrasforma u jimmodernizza l-kura tas-saħħa f’Għawdex.

Matul din iż-żjara, il-Prim Ministru seta’ jara l-proġetti ewlenin li tlestew fl-aħħar sentejn, fosthom l-installazzjoni tas-sistema l-ġdida ta’ MRI li sa issa wettqet ’il fuq minn 11,000 scan. Permezz ta’ din l-MRI ġdida naqas drastikament il-ħin ta’ stennija fuq livell nazzjonali hekk kif dan is-servizz qed jingħata lill-pazjenti Maltin ukoll li jagħżlu jmorru Għawdex għas-servizz. Din is-sena, fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex żdiedu wkoll CT scanner ġdid, magna ġdida tal-mammografija 3D, Magni Bi-PAP u CPAP ġodda u diversi tagħmir avvanzat, kif ukoll kamra iperbarika temporanja sakemm titlesta dik permanenti. Dawn l-avvanzi huma xhieda ta’ kemm il-Gvern qiegħed jinvesti fis-settur tas-saħħa f’Għawdex filwaqt li  jkompli jsaħħaħ il-viżjoni ta’ sistema tas-saħħa aktar moderna, integrata u ċċentrata fuq il-pazjent.

Fl-Isptar Ġenerali hemm diversi proġetti li bħalissa jinsabu fi stadju ta’ twettiq, fosthom ir-rinnovar u l-espansjoni tat-Taqsima Kardjo-Respiratorja, l-espansjoni tad-Dipartimenttal-Outpatients li se jżid disa’ kliniċi ġodda u l-modernizzazzjoni sħiħa tal-laboratorju tal-isptar. Dawn l-avvanzi ser ikunu qed jżidu l-kapaċità tal-isptar f’dik li hija prevenzjoni, dijanjosi minn kmieni u trattament speċjalizzat. 

Proġett ieħor kruċjali li ġie spjegat lill-Prim Ministru huwa l-helipad il-ġdid, li se jtejjeb il-ħin ta’ rispons f’każijiet ta’ emerġenza li jeħtieġu trasferiment immedjat lejn MaterDei. Barra minn hekk, l-isptar ser ikollu wkoll żona ġdida għall-inżul tad-drones. Dan biex il-kimoterapija u mediċini sensittivi oħra jkunu jistgħu jaslu direttament f’Għawdex mingħajr dewmien. 

Il-Prim Ministru rringrazzja lit-tim kollu tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u enfasizza kif l-investimenti li qed isiru għandhom għan wieħed ċar, li l-Għawdxin jingħataw l-aqwa servizz tas-saħħa f’Għawdex stess, mingħajr il-ħtieġa ta’ vjaġġi lejn Malta għal servizzi li issa qed jiġu provduti lokalment. Il-Prim Ministru Robert Abela nnota wkoll sala apposta għal persuni li jitilfu t-trabi (miscarriage ward) li saret riċentament hekk kif fil-passat persuni li kienu jitilfu t-trabi kienu jitħallew f’sala ma’ persuni li kien ikunu għadhom kif kellhom tarbija.

“Dak li qed naraw hawn illum huwa l-aqwa eżempju ta’ Gvern li jżomm kelmtu u jwettaq. Għawdex qed jirċievi l-ikbar investiment fil-kura tas-saħħa li qatt sar, u dan b’rispett lejn id-dinjità tal-pazjenti u lejn il-professjonisti li jaħdmu hawn. Il-mira tagħna hija waħda dik li l-Għawdxin jingħataw l-istess kwalità ta’ kura bħal Maltin, iżda eqreb lejn darhom”, stqarr il-Prim Ministru Robert Abela.

PR252089

Il-Prim Ministru Robert Abela, akkumpanjat mill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri u l-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela, inawgura Casa Giuseppe, dar ġdida għall-kura u l-irtirar li tinsab fil-qalba tar-Rabat, Għawdex. Dan l-investiment privat ta’ aktar minn €6.4 miljun qed joffri faċilità moderna li tgħaqqad il-kumdità tal-anzjani mal-ogħla standards ta’ sigurtà li għandu jkollha dar residenzjali.

Matul iż-żjara tiegħu, il-Prim Ministru kellu l-opportunità jara diversi sezzjonijiet tar-residenza, fosthom il-kmamar li fihom jgħixu r-residenti mgħammra bl-aħħar teknoloġija u l-aqwa faċilitajiet. Din ir-residenza għandha wkoll rooftop garden, spazju miftuħ iddisinjat biex joffri ambjent ta’ serenità u kuntatt man-natura għar-residenti. Il-binja nnifisha ġiet mibnija b’enfasi fuq is-sostenibbiltà u bi spazju attrezzat għas-serħan tas-saħħa mentali. 

Il-Prim Ministru Robert Abela kellu wkoll l-opportunità li jpoġġi u jitkellem mar-residenti fil-‘Każin’- fiż-żona komuni fejn l-anzjani jiltaqgħu għall-attivitajiet organizzati għalihom kuljum. Hawnhekk seta’ jisma’ l-esperjenzi tagħhom u japprezza l-atmosfera li toffri din id-dar. Casa Giuseppe, li se tilqa’ fiha 121 persuna u tħaddem aktar minn 90 professjonist, hija xhieda oħra ta’ kif is-settur tal-kura qed ikompli jikber biex joffri servizzi li jagħtu l-aqwa kura lill-anzjani b’mod personalizzat filwaqt li jżommu d-dinjità tagħhom.

Il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li investimenti bħal dawn, anke mis-settur privat, huma kruċjali għall-viżjoni tal-Gvern lejn kwalità ta’ ħajja aħjar għall-anzjani. “Illum qed naraw xhieda ta’ kif investiment f’Għawdex mhux biss qed joħloq ix-xogħol, iżda qed jipprovdi serħan il-moħħ u dinjità lill-anzjani tagħna. Din id-dar mhijiex biss binja, iżda hija komunità ħajja fejn ir-residenti jibqgħu attivi u inklużi fis-soċjetà”, stqarr il-Prim Ministru. Huwa żied jgħid li l-Gvern se jibqa’ jappoġġja inizjattivi li jpoġġu lill-persuna fiċ-ċentru tal-kura.

PR252081

Prime Minister Robert Abela visits Bajada Lyons Group

The practical use of new technology in everyday life should help the Maltese people not to fear this innovation, but rather to make it their own. Local enterprises and their innovations can play an important role in reaching this goal. This was stated by Prime Minister Robert Abela during a visit to the Bajada Lyons Group during which he met with workers of various companies within the Group, including engineers and technology experts, who exhibited new technologies that are being developing.

This visit took place within the context of the Budget 2026 announcement of “AI for all” initiative which sees €100 million invested so that our country, local companies and the general public will be ready for rapid advances in this sector. On Thursday, a dedicated Cabinet meeting saw Malta launch a national consultation for an updated national AI strategy.

During the visit to the Bajada Lyons Group Dr Abela said that technological tools should be accessible to everyone. “Whoever you are, and irrelevant of your income or age, you should benefit from technology such as AI, which is not only an important economic niche for our country but a powerful tool across different realms of life”, said Prime Minister Robert Abela.

Bajada Lyons Group, which operates from the Bulebel industrial estate, has 35 years of experience in the field of photovoltaics and employs over 200 people. In recent years it has continued to expand its operations with new energy services as well as in the hospitality and elderly care sectors. Furthermore, the Group is also focusing on advancing digitalisation and has even invested and incubated innovative start-ups. 

Technologies showcased during the visit included robotic attachments. These are being developed and integrated by Kingswell Innovation. The startup is creating robotics that solve real-world problems and task specific applications, including prosthetics. Meanwhile a second startup – Digital Brian – showcased various AI-driven prototypes applications:  from those focusing on patient-monitoring, to health and safety equipment verification, all the way to sector-specific chatbots and transport efficiency applications.

Bajada Lyons Group founder Mark Bajada explained how the group always managed to shift in the face of new challenges. “We are fostering an ecosystem that combines traditional business operations with transformative technologies. We believe that Malta can be a major competitor for intelligent automation solutions and AI-driven enterprises”.

The Prime Minister was accompanied by Home Affairs, Security and Labour Minister Byron Camilleri and Government MP Cressida Galea.

PR252071

Prime Minister Robert Abela paid an official visit to the third edition of TECHXPO25, held at the MFCC in Ta’ Qali under the theme “Connecting Innovation, Shaping Tomorrow.” This annual event brings together industry leaders, innovative start-ups, public entities, professionals, students, and academics under one roof, with the aim of exploring the latest developments in digitalisation, artificial intelligence (AI), and emerging technologies that are transforming how we work and live.

During the visit, the Prime Minister expressed satisfaction at how TECHXPO reflects the growing confidence in our country’s ecosystem in relation to the digital sector and innovation.

He emphasised that the Government’s commitment to a more digital and innovative future is aligned with the Malta Vision 2050 – a Vision aimed at building a country where digital tools enhance everyday life and where citizens feel confident using them. He added that this is not a distant aspiration but a reality already taking shape through concrete investments.

Malta is investing strategically in high value-added sectors through digitalisation, sectors such as gaming, manufacturing, maritime, aviation, fintech, as well as the blue and green economies.

While technological transformation continues to advance, the Government’s core objective remains the same: that of improving the quality of life. Through the program AI for All, the Government will offer free training and certification for students, parents, workers, and the elderly. Those completes this training will receive free subscription to an AI service such as ChatGPT or Gemini.

Malta is further strengthening its innovation infrastructure through DiHubMT, the European Centre for Digital Innovation, which now hosts around 50 start-ups and provides access to AI tools, cloud services, cybersecurity, and the High-Performance Computer (HPC). Investment in HPC is enabling academics, students, and enterprises to conduct advanced simulations and develop AI models locally.

The Prime Minister’s visit to TECHXPO25 followed Thursday’s launch of the updated National AI Strategy, which will now open for public consultation. This strategy places people, the common good, and sustainability at its core. The National Strategy on AI sets out a concrete plan for how AI will empower the Maltese and Gozitan people, support industries, and enhance public services in an ethical, transparent, and secure manner.

PR252066

• Għandna l-potenzjal li nkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies bit-teknoloġija

• In-negozji f’Malta li jużaw l-AI jaqbżu l-medja tal-Unjoni Ewropea

F’laqgħa tal-Kabinett tal-Ministri miftuħa għan-nies fl-MFCC f’Ta’ Qali waqt li qed tittella’ t-Techxpo, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar konsultazzjoni pubblika nazzjonali ġdida li se tiftaħ dwar strateġija aġġornata li għandu l-Gvern għall-Intelliġenza Artifiċjali (AI). Il-Prim Ministru fisser kif pajjiżna kien diġà proattiv meta seba’ snin ilu kien wieħed mill-ewwel pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li nieda strateġija nazzjonali dwar l-AI. Ħames snin qabel l-għeluq ta’ din l-istrateġija, pajjiżna diġà implimenta 80% minnha.

Huwa qal li f’dinja li tinbidel kontinwament u f’settur li jagħmel avvanzi ġodda kuljum, il-Gvern qed iniedi strateġija aġġornata. Din l-istrateġija aġġornata taħdem id f’id mal-Viżjoni Malta 2050 li timbotta ’l quddiem l-inklużjoni soċjali u l-progress ekonomiku li minnu jgawdi kulħadd. L-istrateġija tippreżenta miżuri aġġornati sabiex is-settur tal-AI ma jkunx marbut biss mal-aspett ekonomiku imma jservi wkoll biex tkompli tissaħħaħ il-kwalità tal-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin.

Fl-indirizz tiegħu fil-laqgħa tal-Kabinett il-Prim Ministru Robert Abela sostna li Malta għandha track record, l-investiment u r-rieda biex tibqa’ miexja ’l quddiem fi prosperità ġdida li tagħti futur għal uliedna. Spjega li l-AI għandha tkun għodda ta’ kulħadd u li b’mod tanġibbli tagħmel id-differenza fil-ħajja tan-nies. “Għalhekk fil-Budget li preżentajna ressaqna viżjoni ta’ AI għal kulħadd, biex nagħtu l-ħiliet meħtieġa ħalli kulħadd jirnexxi”, qal il-Prim Ministru hu u jinnota l-fond ta’ €100 miljun fl-AI u miżuri oħra mħabbra mill-Gvern fil-Budget għall-2026 favur it-trasformazzjoni diġitali.

Fil-laqgħa tal-Kabinett li fiha intervjenew bosta professjonisti u nies mill-oqsma tal-ekonomija diġitali u l-Intelliġenza Artifiċjali, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li Malta trid issir l-aktar pajjiż AI-friendly fl-Ewropa. Qal li huwa għalhekk li rridu li kulħadd ikollu l-għodda neċessarji biex jieħu vantaġġ mit-teknoloġiji ġodda. Fisser kif l-AI mhux qegħda hemm biex tieħu xogħol in-nies iżda biex ittejjeb l-operat tal-ħaddiema tagħna u toħloq karrieri ta’ kwalità b’kundizzjonijiet tax-xogħol aqwa. L-AI ittejjeb ukoll il-ħidma u l-kwalità tas-servizzi offruti fl-oqsma ewlenin tal-ħajja, fosthom is-saħħa, l-edukazzjoni u l-ambjent.

Irrimarka li rridu dak pożittiv mit-teknoloġija filwaqt li nwarrbu dak negattiv. “Uliedna jrid jibqgħu wlied b’moħħ liberu u kreattiv. Aħna Gvern progressiv li nemmnu fil-potenzjal tat-teknoloġija u fejn kulħadd ikollu l-istess opportunitajiet biex jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu”, sostna l-Prim Ministru Robert Abela.

Il-Prim Ministru spjega li pajjiżna issa għandu bażi ekonomika soda biex ikompli jkattar is-suċċess ta’ dawn in-niċeċ ekonomiċi ġodda u joħloq aktar ġid. Fil-fatt, id-Digital Economy and Society Index (DESI) juri li r-rata ta’ negozji f’Malta li jużaw l-AI taqbeż il-medja tal-Unjoni Ewropea. F’dan il-kuntest, il-Prim Ministru Robert Abela qal li t-teknoloġija u l-AI tagħti opportunità lil Malta tkompli ssostni t-tkabbir ekonomiku li rreġistrat fl-aħħar snin, b’anqas użu intensiv tal-art u mingħajr il-bżonn ta’ ħafna ħaddiema ġodda.

Irrimarka li l-esperti internazzjonali, fosthom il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), jaqblu li Malta tinsab f’pożizzjoni tajba biex tgawdi mill-iżvilupp tal-AI u kif pajjiżna kapaċi jiżviluppa l-AI b’mod effettiv u jisfrutta l-vantaġġi li toffri. Dr Abela semma wkoll li l-IMF innota li kważi żewġ terzi tal-ħaddiema f’pajjiżna għandhom ħiliet diġitali bażiċi jew ftit aktar. Hawn issemma wkoll l-e-Government Benchmark, rapport tal-KummissjoniEwropea li ta ċertifikat eċċellenti lil Malta fejn jidħol dan is-settur. 

Techxpo qed issir bejn l-20 u t-22 ta’ Novembru 2025 fl-MFCC, Ta’ Qali u fiha qed jieħdu sehem bosta intrapriżi lokali li jispeċjalizzaw fit-teknoloġija, l-Intelliġenza Artifiċjali u l-qasam diġitali.